Lokali

Ġranet biss ‘il bogħod mis-serata finali ta’ Miss World Malta

Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Ġunju, nsiru nafu minn ser jirrappreżentana fl-akbar konkors tas-sbuħija ~Miss World.

Din is-sena, hija il-ħamsa u għoxrin edizzjoni minn mindu inagħtat il-liċenzja lura lill Modelle International fejn qed ilaqqgħu 26 kontestanta, ta’ eta bejn 17 u 25 sena sabiex waħda minnhom titħabbar bħala Miss World Malta 2022.

Prezenti ser jkun hemm l-eks rebbieħa li kollha kellhom iċ-ċans jikkompetu fl-istess avveniment Miss World.

Il-Kontestanti ġew diġa ġġudikati fuq il-personalita’, ser jimmudellaw ilbiesi eleganti, fejn umbagħad jintagħżlu tnax , u lil dawn narawhom jiġu ġġudikati fuq il-figura tagħhom permezz ta’ malji tal-għawm, biex finalment naraw l-aħħar ħames finalisti jgħaddu l-messaġġ tagħhom.

Il-ftuh tas-serata minn ġewwa Fort St.Elmo ser tkun f’idejn Aidan u ż-żeffiena tiegħu.

Is-serata ser tkun mmexxija mill-preżentatur Keith Demicoli ikumpanjat minn Sarah Agius.

Dawk kollha preżenti ser jaraw kollezzjonijiet tal-aħħar moda minn Raja & Co, Queen’s Lane by Uniq, Colcci , The Dressing Room, Antonio’s Barber shop u kollezjioni mi desinjatur Herman Vassallo.

Sue Rossi u Claudia Calleja , l-organizzaturi ta’ dan l-avveniment huma sodisfatti ħafna wara xhur ta’ hidma mill-protagonisti ta nhar l-Erbgħa li gej .