Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Jiċħad li Putin jinsab marid sew

Il-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin,Sergei Lavrov, ċaħad kategorikament l-allegazzjonijiet li Vladimir Putin jista’ għandu marda terminali.

Fl-istess ħin, Lavrov saħaq li l-President Russu ‘kien, għadu u se jkompli bl-appuntamenti pubbliċi tiegħu’ u li Putin għandu jibqa’ jaqdi d-doveri ta’ President fl-interessi tal-poplu ‘għat-tul taż-żmien’.

Dan wara li s-sorsi qrib is-s-servizzi sigrieti Britanniċi kienu kwotati li l-President Russu jinsab marid sew — fost l-ispekulazzjoni li Putin, possibbilment, qed ibati minn xi tip ta’ kanċer.