Huwa Joe Galea l-anzjan mir-Rabat Għawdex ta’ 74 sena li miet wara li waqa’ sular f’għalqa li tinsab fi Triq Għar Ilma f’Ta’ Kerċem.
L-inċident seħħ għal ħabta tat-8.30am tat-Tnejn filgħodu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, imma sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>