Stephen Spiteri, PN
Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu parlamentari dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri sostna li s-saħħa mentali tal-ħaddiema għandha tingħata prijorità.
Stephen Spiteri tkellem dwar is-saħħa mentali fi żmien il-pndemija bl-effetti fuq il-ħaddiema li ma marrux għax-xogħol u naqqsu l-element ta’ soċjalizzazzjoni.
Hu qal li l-ħaddiema għandhom prezzjoni kbira biex ilaħħqu l-miri tax-xogħol u sostna li l-pajjiż għandu jiġġieled il-problema tal-prekarjat. Id-deputat Nazzjonalista qal li jeħtieġ li jkun hemm kunsiderazzjonijiet ħolistiċi f’dan ir-rigward biex jinstab il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja. Jeħtieġ ukoll li jinstabu soluzzjonijiet fejn is-saħħa mentali teffettwa kemm lill-impjegati kif ukoll lil min iħaddem. M’għandux ikun aċċettat li ħaddiema jagħmlu tlett impjiegi biex ilaħħaq mal-għoli tal-ħajja.
Id-deputat Nazzjonalista qal li għandu jsir l-investiment neċessarju biex il-ħaddima jkollhom dak li ħadqqhom fil-postijiet tax-xogħol. Jeħtieġ ikun kunsiderazzjonijiet fuq il-familji tal-ħaddiema biex ikun hemm titjib fil-kwalità tal-ħajja.
//= $special ?>

