Jerome Caruana Cilia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cailia appella għal ħimda kollettvia biex jitjieb is-settur tax-xogħol.
Meta kien qed jitkellem fil-parlment fl-estimi dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Jerome Caruana Cilia sellem il-memorja ta’ Tony Zarb, eks Segretarju Ġenerali tal-General Worker’s Union. Ma konniex naqblu dejjem, imma kien voċiferu favur id-drittijiet tal-ħaddiema, favur id-dinjità tal-ħaddiema.
Kemm hi weġgħa kbira meta missier jew omm, joħorġu filgħodu kmieni għal fuq il-lant tax-xogħol u ma jidħlux lura d-dar.
Kemm hi kerha li iben jew bint, tgħajjat ma, tgħajjat pa, u tibqa’ bla tweġiba. Tassew dulur mhux biss għal dik il-familja, mhux biss għal dak l-armel jew dik l-armla, mhux biss għal dawk l-ulied li qatt mhu se jerġgħu jaraw lil ommhom jew lil missierhom, imma dulur għalina lkoll, għal dan in-nazzjon.
Sakemm nibqgħu nisimgħu b’każi ta’ ħaddiema, Maltin u barranin, li jitilfu hajjiethom fuq il-post tax-xogħol, nibqgħu infallu kuljum.
Fadal ħafna x’isir dwar dan u din hi r-responsabbiltà ta’ kull wieħed u waħda minnha. Però hemm weġgħat oħrajn, illi l-ħaddiema jiffaċċjaw ta’ kuljum. Il-pagi tal-ħaddiema l-pagi huma staġnati.
Ħafna ħaddiema qegħdin f’sitwazzjoni diffiċli ħafna minħabba l-pagi baxxi li hawn f’diversi oqsma. Dawn il-ħaddiema jinsabu f’morsa.
Persuni illi minkejja li jaħdmu, xorta qed jgħixu f’riskju ta’ faqar jew sahansitra fil-faqar. Żieda sostanzjali minn 5.2% fl-2012 għal 7.4% fl-2020. Dan hu l-inwork poverty f’pajjiżna.
Dawn il-figuri huma konferma li xogħol hawn imma pagi m’hawnx. Hawn pagi staġnati. Il-viżjoni kienet u jidher li għadha li jinħoloq xogħol biċ-cheap labour. Apoloġisti tal-Gvern kemm-il darba pprovaw jiġġustifikaw lilhom infushom.
Ir-realtà, inkluż f’pajjiżna, hi li dawk veru sinjuruni, il-veru ftit t’hemm fuq, komplew jistagħnew, tan-nofs qalgħu daqqa żul minn hemm u l-ħaddiem spiċċa mfarrak. Mhux talli bilkemm ilaħħaq, talli issa għandna konferma li l-ħaddiem qed ikompli jbati u jiftaqar.
Għandna realtà li l-ftit kbar baqgħu jikbru u l-bqija komplew jiddgħajfu. Fi żmien fejn rajna tkabbir ekonomiku b’saħħtu, rajna wkoll l-inugwaljanza fil-ġid tiżdied. Dan ifisser li l-veru ftit t’hemm fuq komplew jistagħnew, iżda l-fqir kompla jiftaqar.
Mhux biss l-esperjenza man-nies turina dan, imma anke n-numri jikkonfermawh. 5% tal-popolazzjoni għandhom 40% tal-ġid nazzjonali. Studju li sar minn Eurofound sab kif f’Malta, bejn l-2010 u l-2017, id-distakk bejn il-5% tal-popolazzjoni li għandhom l-iktar ġid u l-bqija tal-poplu kompla jikber u jiżdied. 40% tal-ġid ta’ pajjiżna jinsab għand 5% biss tal-popolazzjoni.
Dawn il-ftit t’hemm fuq raw żieda ta’ 7% tal-ġid nazzjonali tagħhom (minn 33% dan zdied għal 40%). X’differenza mill-bqija tal-popolazzjoni.
Nofs il-popolazzjoni fil-faxxa t’isfel rat tnaqqis fil-ġid, dan niżel minn 14% għal 10% tal-ġid nazzjonali fl-istess perjodu. Il-bqija tal-popolazzjoni wkoll rat tnaqqis. It-trend turi li d-distakk bejn il-ftit t’hemm fuq u l-bqija tal-popolazzjoni qed ikompli jiżdied.
Din għandha tinkwetana ħafna. L-istudju juri wkoll żieda minn 72% and 77% ta’ dawk li jaqgħu taħt il-medja tal-ġid nazzjonali.
Dan juri biċ-ċar li l-ġid li qed jinħoloq, il-famuż kejk ekonomiku, mhux jinqasam b’mod ġust. Juri wkoll kif il-politika dwar il-qasam tax-xogħol tal-Gvern marret il-baħar… mhux biss għal dawk li jinsabu fil-faxxa t’isfel, imma għal maġġor parti tal-popolazzjoni.
Hu qal li ż-żieda miżera fil-pagi u l-għoli tal-ħajja wasslu biex l-inugwaljanza żdiedet. Il-wiegħda tal-PL li joħloq klassi emdja ġdida falliet. L-inugwaljanza fil-ġid qed tiżdied; mhux kulħadd sejjer tajjeb. Il-viżjoni soċjo-ekonomika trid tkun il-qalb tal-politika.
Hu qal li l-Gvern għnaus jikkunsidra l-proposti tal-PN biex ikunu mgħajjuna l-ħaddiema u n-negozj foshtom bl-introduzzjoni tal-living wage u l-proposta li tgħola l-VAT exempt minn €30,000 għal €60,000
Id-deputat Nazzjonalista appella biex issir ħidma kollettiva biex titjieb is-settur tax-xogħol.
//= $special ?>

