Mark Anthony Sammut, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut insista fl-Aġġornament tal-Parlament li jekk il-gvern m’għandu x’jaħbi, għandha issir inkjesta pubblika dar il-kuntratt tal-power station tal-Electrogas.
Mark Anthony Sammut qal li l-ex Prim Ministru Joseph Muscat kkwota mistoqsija parlamentari tiegħu biex jikkonviċih jaqbillu bid-deals li hu u Kornad Mizzi flimkien ma’ Keith Shembri daħħlu lill-pajjiż fihom. Hu kompla li Joseph Muscat għandu jgħid kemm kienu jammontaw il-€5,000 kuljum li kienu se jdaħħlu Keith Schgembi u Konrad Mizzi u l-€500,000 li hu (Joseph Muscat) kien se jieħu bħala konsulenza. Il-Kummisarju tal-Pulizija għandu jtella’ n-nies il-qorti fuq dawn ir-rapporti.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern ma jridx jagħti l-informazzjoni dwar kemm qed jinxtara enerġija mingħand ħames snin ilu iżda qed jippubblika kemm jinxtara l-prezz illum. Dan ma jagħmilx sens? Kif dan jippreġudika l-interessi tal-Enemalta?
Din hi parti mill-kultura ta’ ħabi fis-settur tal-enerġija. Il-kontijiet awditjati tal-Enemalta m’humiex ippubblikati skont il-liġi tant li kien biss fl-2018 li dawn ġew preżentati l-aħħar. Il-kontijiet tal-2020 u l-2021 għadhom mhux pubblikati. Ma’ dawn hemm il-kuntratti kollha marbuta ma’ dan is-setur. Għaliex il-prezzijiet t’issa qed ikunu pubblikati waqt li dawk tal-passat qed jinħbew?
L-Awditur Ġenerali ikkonkluda li bl-irbit mal-Electrogas, il-pajjiż kien qed jitlef il-miljuni waqt li l-Electorgas kienet qed tbigħ lill-gvern iktar milli pproduċiet. Ħadd għad ma spjega din l-anomalija!
Mark Anthony Sammut qal li l-pajjiz kien qed jitlef 40% mill-ftehim li kien hemm mas-Socar. Il-gvern jibqa’ ma’ jagħmel xejn dwar dan,sostna d-Deputat Nazzjonalista, li appella lill-Ministru Mriam Dali biex tippubblika l-enerġija li kienet qed tinxtara fil-passat.
Id-deputat Nazzjonalista qal li għandha issir inkjeta pubblika dwar il-kuntratt tal-Electrogas.
//= $special ?>

