Lokali

AĠĠORNATA: Jingħalqu numru ta’ toroq fil-Gudja minħabba rapport ta’ pakkett suspettuż

Għall-ħabta tad-disgħa ta’ dalgħodu persuna għamlet rapport lill-Pulizija wara li rat pakkett suspettuż ma’ karozza.

It-Taqsima tal-Isplussivi fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta marru immedjatament fuq il-post fejn investigaw dan il- pakkett suspettuż f’vettura li kienet qed tinstaq fl-inħawi tal-Gudja… liema vettura twaqqfet fi Triq Dawret il-Gudja.

Konsegwenza ta’ dan kellhom jingħalqu bosta toroq fl-inħawi tal-Palazz ta’ Bettina fil-Gudja.

ĦIdma intensiva li saret mit-Taqsima tal-Isplussivi rriżultat fin-negattiv. Bit-toroq jerġgħu jinfetħu għat-traffiku ftit tal-ħin wara.