Lokali Parlament

L-OHSA għandu jkollha iktar persuni biex jassiguraw sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Graziella Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet fil-parlament li l-OHSA għandu jkollha iktar persuni biex jassiguraw sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Fil-parlament Graziella Galea tkellmet dwar ir-rwol importanti tal-OHSA u qalet l-inċidenti jvarjaw mill-post tax-xogħol għall-ieħor. Hi appellat biex min iħaddem jassumi r-responsabbiltajiet tiegħi biex ikunu evitati t-traġedji. Il-postijiet tax-xogħol għandhom ikun kollha aċċessibbli biex is-soċjetà tkun inklussiva.

Graziella Galea appellat biex ikun hemm flessibbiltà fuq il-postijiet tax-xogħol u sostna li l-persuni li jsofru diżabbiltà għandhom jibqgħu jaħdmu inkella jinstabilhom xogħol alternattiv.

Is-settur tal-kostruzzjoni hu s-settur li fih l-aktar iseħħu inċidenti fuq il-post tax-xogħol. Fl-aħħar xhur seħħu inċidenti fuq persuni li jaħdmu fis-settur tad-deliveries tal-ikel fejn jaħdmu numru kbir ta’ ħaddiema barranin.

Jeħtieġ ikun hemm iktar ħaddiema fl-OHSA biex jassiguraw li r-regoli jkunu qed jiġu mħarsa. Għandu jkun hemm l-investiment meħtieġ biex ikun hemm prevenzjoni fuq il-post tax-xogħol inkluż protezzjoni lill-ħaddiema.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-OHSA għandha bżonn iktar iktar persuni biex jassiguraw is-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol.