“Permezz tal-għaqda nistgħu negħlbu kull sfida”
Hekk tenniet il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola hekk kif elenkat mal-midja dak li se jintqal min-naħa tagħha fis-summit ta’ Emerġenza tal-Unjoni Ewropea fejn ġew diskussi numru ta’ temi b’rabta ma’ dak li qed jiġri fil-Lvant tal-Ewropa, b’azzjonijiet mir-Russi li mhux biss se jħallu impatt fuq il-poplu Ukren iżda anki fuq il-qagħda dinjija.
Roberta Metsola qalet li rrispondejna bl-unità u qalet li l-Ewropa trid tibqa’ soda u tippjana fit-tul l-għajnuna ta’ emerġenza lill-Ukrajna.
Hija tenniet li l-Ewropa trid trid tibqa’ fuq quddiem u tkun ta’ eżempju, anki f’dan it-tragward fejn qed nitkellmu fuq popli li qed u jafu jbatu l-ġuħ kaġun ta’ azzjonjiet minn Putin.
Roberta Metsola qalet li s-sanzjonijiet fil-konfront tar-Russja issa jridu jkunu imposti wkoll fuq il-Belarus.
Hija ħarset ukoll lejn il-miri Ewropej biex ma jibqax jagħmel daqshekk użu mill-risorżi li jniġġsu, iżda ddawwar il-politika tagħha għal dak sostenibbli mingħajr użu ta’ fjuwils.
Fuq kollox mill-ġdid ġie mtenni l-appell tal-President tal-Parlament Ewropew li l-unità taf tegħleb kull sfida.
//= $special ?>