Lokali

BIL-FILMAT: Nar qawwi jaħkem l-inħawi ta’ Wied Għomor f’San Ġiljan

Bħalissa għaddejja operazzjoni delikata mill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jintfew nirien li ħakmu Wied Għomor f’San Ġiljan.

Jidher li n-nar beda għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar b’diversi persuni jirraportaw li n-nar infirex f’diversi partijiet ta’ dan il-wied.

Filmati li wasslu għand Net News juru daħna kbira fuq numru ta’ lokalitajiet fil-viċinanzi tal-wied fosthom is-Swieqi u San Ġwann. Din id-daħna kbira waslet biex jingħalqu numru ta’ toroq.

Fuq il-post issejjaħ ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

S’issa għadha mhux magħtufa r-raġuni ta’ dawn in-nirien. Iktar informazzjoni hekk kif taslilna.