Futbol Sport

Sidien ġodda għal Chelsea

Fl-aħħar sigħat kien ikkonfermat li l-klabb ta’ Chelsea se jkollu tmexxija ġdida dik ta’ Todd Boehly hekk kif xtara lill-klabb minn Londra għas-somma ta’ £4.25 biljun. Boehly se jkun qed jieħu f’idejh it-tmexxija mingħand Roman Abramovich wara li kien ilu 19-il sena jmexxi lil Chelsea fejn wassalhom għar-rebħ ta’ 21 trofew li jinkludu ħames darbiet il-Premier League u darbtejn il-UEFA Champions League.

Il-konsorzju mmexxi minn Boehly qal li se jkun kommess li jinvesti fi Stamford Bridge kif ukoll fl-akkademja tal-klabb. Roman Abramovich kellu jċedi lil Chelsea wara li l-Gvern Ingliż ħa azzjonijiet legali kontra tiegħu minħabba r-rabtiet mal-President Russu Vladimir Putin fejn fost l-oħrajn kellu l-assi tiegħu fir-Renju Unit friżati/