Lokali

Xufier ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident fil-Gżira

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ fil-Gżira dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa fi Triq ix-Xatt.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Shansu CP1, misjuq minn raġel ta’ 62 sena residenti tas-Sliema u Renault Zoe, misjuqa minn Olandiż ta’ 21 sena.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.