Ewropa Lokali

Ftehim tas-summit Ewropew dwar l-embargo taż-żejt Russu

Qbil fost il-mexxejja Ewropej dwar l-embargo taż-żejt mir-Russja hekk kif is-27 mexxej laħqu qbil li jibda embargo taż-żejt li jkun qed jasal permezz tal-mezzi tat-trasport mill-baħar.

Sa issa ġiet posposta d-deċizzjoni dwar iż-żejt li jgħaddi mid-Druzhba permezz tal-pipeline.

Tul dan is-summit kemm il-mexxejja tal-Ungerija, Repubblika Ċeka u anki l-Islovakkja isbu bil-miktub li f’każ ta’ miżuri ta’ ritaljazzjoni mill-Kremlin se jkunu megħjuna mill-pajjiżi membri l-oħra tal-UE.

Il-perjodu ta’ eżenzjoni għaż-żejt permezz ta’ pipeline se jiġi diskuss fil-jiem li ġejjin, b’taħdidiet li mistennija jdumu sigħat twal.