Futbol Sport

Għada t-tim nazzjonali Malti b’partita ta’ ħbiberija kontra l-Venenzuela

It-tim nazzjonali Malti immexxi minn Devis Mangia se jkun qed jilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Venezuela bħala partit mill-preparazzjoni għall-partiti mill-UEFA Nations League il-ġimgħa d-dieħla. Il-Venezuela jinsabu fit-58 post tar-rankings tal-FIFA bit-tim Malti jinsab fil-169 post.

Lejliet din il-partita il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia qal li minkejja li sab lil players f’kundizzjonijiet fiżiċi differenti, huma se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex jilagħbu l-logħba bl-istil li mdorrijin bih.

Madanakollu, Mangia rrikonoxxa l-fatt li dan se jkun diffiċli kontra l-Venezuela, fejn għamel referenza għad-diversi players li għandhom li jilagħbu fost l-aqwa kampjonati fl-Ewropa. Minkejja dan Mangia qal li din il-partita se tkun ukoll prova għall-diversi players li se jilagħbu biex juru l-kapaċitajiet tagħhom u jiksbu posthom mal-ewwel ħdax.

Intant id-difensur laterali Ryan Camenzuli qal li minkejja li dan kien staġun twil il-players Maltin xorta waħda huma preparati u se jkunu qed jagħtu l-almu tagħhom biex ikollhom prestazzjonijiet tajbin fil-partiti li ġejjin.