Lokali

Grimaldi bis-sitt bastiment hybrid

It-Tnejn waranofsinhar ġie varat is-sitt vapur hybrid tal-Grimaldi Group li jġib l-isem ta’ Eco Malta.

Il-vapur Eco Malta issa se jkun qed jingħaqad mal-flotta ta’ Grimaldi ….u mal-vapur identiku Eco Catania. Dan il-vapur kapaci jġorr mal-520 trailer. Il-vapur  jista’ wkoll jġorr il-piż doppju ta’ vapuri oħra fi ħdan dan l-istess grupp.

Il-Kap tal-kumpanija, Eugenio Grimaldi qal li dan il-vapur huwa ġenerazzjoni ġdida, fejn se jkollu aktar veloċità, aktar kobor, iżda fuq kollox il-qofol tat-teknoloġija hija li dan il-vapur ma jniġġisx.

Il-vapur Eco Malta se jkun wieħed mill-akbar vapuri li se jkun qed jopera fil-baħar Mediterran. Preżenti għal din l-attività kien hemm għadd ta’ membri distinti, inkluż il-President ta’ Malta Geroge Vella, l-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna, il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar u l-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent Marittimu u x-Xogħol Ivan Castillo.