Lokali Parlament

Il-gvern għandu jwettaq il-proposti tal-PN u jikkonserva l-ODZ

Charles Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi qal li l-gvern għandu jwettaq il-proposti tal-PN u jikkonserva l-ODZ.

Fil-parlament Charles Azzopardi qal li l-Awtorità tal-Ippjanar għandha obbligu li tpoġġi fuq quddiem l-aġenda morali tal-pajjiż u jittieħdu deċiżjonijiet responsabbli li ma jeffettwawx ġenerazzjonijiet futuri. Id-deċiżjonijiet għandhom iħarsu l-wirt storiku u s-saħħa; l-ambjent hu s-saħħa tal-bniedem.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li Malta ma tiflaħx żvilupp eċċessiv iżda żvilupp sostenibbli u bini li jixraq. Jeħtieġ li l-pajjiż ikollu iktar spazji miftuħa fjn ikun hemm ippjanar srju u bini kif xieraq.

L-iżvilupp għandu jitkompla b’kompromess bejn l-implikazzjonijiet, il-kawżi ambjentali, ekonomiċi u politiċi; Malta m’għandux ikollha żvilupp sfrenat iżda żvilupp li jikkunsidra u jikkonserva l-elementi importanti. Ma jistgħux isiru kompromessi b’detriment li jinqered l-ambjent, sostna Chares Azzopardi, li appella biex jitħarsu l-widien u biex il-konfini bejn il-lokalitajiet jibqgħu jidhru.

Id-deputat Nazzjonalista epplla beix jinżamm il-karattru Malti u ssir leġiżlazzjoni li tħares lart ODZ. Biex din tintmiss għadu jun hemm iż-żewġ terzi tad-deputati.

Jeħtieġ li t-tibdil tal-kima jkun ikkunsidrat; il-flus m’għandhomx jeqirdu l-ambjent. Jeħtieġ li l-pajjiż ikollu ambjent san; il-policies għandhom ikunu osservati. Hu semma kif il-bdiewa qed jonqsu minħabba li l-art qed tonqos.

Id-deputat Nazzjonalista qal li qed tkun ippjanata lukanda fit-Telgħa tas-Saqqajja u qal li din se tkun qerda fil-loka. Fl-Imġarr hemm ukoll problema ta’ applikazzjoni biex art kbira agrikola tinbidel f’żona tal-pannelli solari; din l-applikazzjoni qed tikkaġuna ħsara ambjentali u fuq aspetti storiċi.