Justin Schembri, PN
Id-deputat Nazzjonalista Justin Schembri appella biex il-lokalitajiet l-aktar popolati jkollhom garanzija ta’ pulmuni ħodor.
Fil-parlament Justin Schembri tkellem dwar l-importanza tal-konservazzjoni ta’ diversi żoni li huma fil-UCA propju minħabba li huma l-identità tal-irħula Maltin u Għawdxin. Hu kompla li Birkirkara hu raħal popolat li għandu jkun ikkunsidrat bħala lokalità li jeħtieġlu iktar pulmuni ħodor.
Il-gvern wiegħed investiment ta’ €700 miljuni f’dawn il-pulmuni ħodor fl-lokalitajiet, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella biex dan l-investiment isir u mhux tkun wiegħda oħra miksura bħal dik li kellhom jinbidlu t-toroq kollha.
Justin Schembri qal li l-maġġoranza hi preokkupata bil-bini esaġerat li hawn fil-pajjiż, partikolarment iż-żgħażagħ. Dawn ma jridux li Malta tinbidel f’pajjiż li mhux Malta.
Illum il-pajjiż tilef l-estetika. Jeħtieġ li l-periti żgħazagħ ikunu iktar prattiċi kif jiddisinjaw u ssir ir-riċerka neċessarja għaliex dawn huma n-nies li qed ibiddlu l-mod kif il-pajjiż qed jidher. Dan il-bini qed iħalli impatt fuq kif jidher il-pajjiż u fuq diversi aspetti oħra.
Justin Schembri qal li llum il-knejjes qed jindifnu b’bini li ma jixirqux lil-lokalitajiet; jeħtieġ li d-deputati jieqfu għal din is-sitwazzjoni. Il-binjiet esaġerati qed joħolqu inkonvjenti kbar għall-poplu u għahekk jeħtieġ li jkun hemm kunsiderazzjonijiet kulturali u tradizzjonali b’viżjoni moderna fl-ippjanar.
//= $special ?>

