Il-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard sostna fil-parlament li hu pożittiv li l-Gvern Laburista wettaq biss żewġ rakkomandazzjonijiet tal-GRECO minn 23 dwar l-governanza u kontra l-korruzzjoni.
Meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut, il-Ministru Attard qal li r-rapport tal-GRECO jikkonferma li l-gvern wettaq żewġ rakkomandazzjonijiet biss jgħid ukoll li l-gvern beda jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet l-oħra tal-GRECO. Għalhekk dan hu pożittiv, sostna l-Ministru Attard, li rrrifera għal rapport tal-GRECO fl-2013 biex attakka lill-PN dwaru.
Hu sostna li l-fatt li l-GRECO qal li l-Gvern Malti wettaq tnejn biss mit-23 rakkomandazzjoni hu aspett pożittiv għaliex fi żmien il-Gvern Nazzjonalista, kienet issir kritika dwar il-finanzjament tal-partiti. Filwaqt li għajjar lill-PN li hu partit fallut, il-Ministru tal-Ġustizzja qal li l-PN ma jistax jikkritika lill-Gvern Laburista dwar dan.
Għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Mario de Marco, il-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard qal li mhux minnu li rrifjuta li jiltaqa’ ma’ din id-delegazzjoni għaliex kien akkumpanja lill-Prim Miniirtu f’dawn il-laqgħat. Kien hemm ċirkostanza li fiha kien se jattendi għal-laqgħa oħra tal-istess delegazzjoni mal-Grupp Parlamentari Laburista. Ma niddejjaqx niltaqa’ f’dawn il-laqgħat għaliex għandna riżultati x’nuru, sostna l-Ministru tal-Ġustizzja.
Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami staqsa lill-Ministru Attard jekk kellux stedina għal-laqqħa mal-GRECO u ma aċċettax u nsista li minn 23 rakkomandazzjoni, il-Gvern implimenta biss tnejn.
Il-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard qal li ma jafx li kellu talba għal-laqgħa waħdu mal-GRECO.
Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut qal li r-rapport tal-GRECO fi żmien il-PN kien jikkritika biss l-aspett ta’ finanzjament tal-partiti waqt li l-GRECO qed tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-korruzzjoni u l-governanza. Il-Ministru Attard ma wieġeb xejn dwar dan.
//= $special ?>