Daren Debono, magħruf bħala “It-Topo” li ammetta l-attentat ta’ serqa miċ-ċentru ewlieni tal-bank HSBC 12-il sena ilu f’Ħal Qormi il-bank, kien wera r-rieda li jsostni l-parti tiegħu u kien lest jagħti l-informazzjoni iżda kien iffaċċa nuqqas kbir mill-Istat peress li ma tagħax protezzjoni lill-familja tiegħu, qal l-avukat tiegħu lill-imħallef Aaron Bugeja.
L-Imħallef Bugeja kien qed jisma’ s-sottomissjonijiet mill-prosekuzzjoni u d-difiża t-Tlieta filgħodu, hekk kif kompla l-appell ta’ Debono kontra sentenza ta’ ħabs li ngħata talli kiser ftehim ta’ ‘plea-bargaining’ mal-Avukat Ġenerali.
L-avukati ta’ Debono kienu ressqu l-appell fi Frar li għadda, wara li huwa ntbagħat sitt xhur ħabs u mmultat €4,600 talli rrifjuta li jonora l-kundizzjonijiet li jagħti l-informazzjoni kollha wara l-ftehim milħuq mal-Avukat Ġenerali, relatat mal-involviment tiegħu fis-serqa bl-arma falluta. Din kienet serqa armata fill-kwartieri tal-HSBC fl-2010.
F’Jannar tal-2022, Vince Muscat, “Il-Koħħu” kellu jiġi pproċessat minn ġurija dwar l-attentat bla suċċess tal-2010, flimkien ma’ Debono, iżda lejlet il-ġuri, ħarġet l-aħbar li kien intlaħaq patteġġament (ftehim) bejn l-Avukat Ġenerali u wieħed mill-irġiel akkużati.
Skont it-termini tal-ftehim tal-aħħar minuta, Debono rċevieva sentenza ta’ 10 snin u nofs, flimkien ma’ multa ta’ €18,000 u ġie ordnat ħallas nofs l-ispejjeż tal-kawża, li kienu jammontaw għal aktar minn €11,000, bi tpattija għal ix-xhieda tiegħu kontra l-kompliċi tiegħu.
Iżda meta, wara li rċieva s-sentenza miftiehma, Debono kien mitlub jixhed kontra Vince Muscat fil-ġuri ta’ dan tal-aħħar, kien jikkonferma biss l-involviment ta’ Muscat u kien sod fir-rifjut tiegħu li jsemmi liż-żewġ kompliċi l-oħra tiegħu minn fuq il-tribuna tax-xhieda.
Ir-riżultat ħażin ta’ dan il-ftehim wassal għal sejħiet għat-tkeċċija tal-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg mill-NGO Repubblika, li akkużaha li tradit l-uffiċċju tagħha billi ħalliet kriminal li kien ipprova joqtol żewġ uffiċjali tal-pulizija. L-organizzazzjoni allegat li l-episodju kien attentat biex jgħatti l-involviment ta’ Carmelo Abela u Chris Cardona, it-tnejn eks Ministri tal-Gvern Laburista, fid-delitt. Buttigieg madankollu baqgħet isservi fir-rwol tagħha.
“Hemm xi dubju li Debono jinsab f’riskju għoli?”
Fis-sottomissjonijiet tiegħu, l-avukat difensur Edward Gatt talab lill-imħallef biex “jinjora’ dak li qed jingħad kollu fin-negattiv barra l-qorti.” It-tensjoni f’dan il-każ setgħet kienet wisq għall-qorti li kkundannat lill-klijent tiegħu, qal Gatt, qabel ta ħarsa ġenerali ta’ kif il-każ kien spiċċa quddiem l-Imħallef Bugeja.
“Daren Debono kien beda jixhed kontra Vincent Muscat. Jiżvela affarijiet mill-esperjenza ‘first hand’ tiegħu li ħadd qatt ma kien sema. Xehed li Muscat kien daħal fil-bank. Qal li libes parrokka…” Qatt ma kien hemm evidenza diretta ta’ xi ħaġa minn dan qabel, qal l-avukat.
“Ebda qorti qatt ma kienet semgħet din l-evidenza taħt ġurament qabel. Imbagħad, taħt pressjoni kbira mid-difiża u li l-avukati tagħhom jgħajtu… il-prosekutur staqsa lil Muscat min kien daħal il-bank, u ma’ min kien.
Qal li ma setax ipoġġi s-sigurtà tal-familja tiegħu f’riskju.” L-Avukat Gatt ikkontesta l-affermazzjoni, li saret mill-avukat tal-prosekuzzjoni Etienne Savona mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, li l-klijent tiegħu ma kienx lest jgħid il-verità kollha.
“Dan mhux minnu… hawn m’għandekx xhud li ma jridx jixhed,” qal Gatt, filwaqt li indika każijiet oħra fejn dan kien ġara. L_Avukat difensur qal ukoll lill-Qorti li “weġġa’” bid-deċiżjoni tal-Maġistrat Axiaq li mpona l-piena massima fuq Debono.
Huwa rrimarka għall-arranġamenti ta’ sigurtà akbar meħtieġa kull meta Vince Muscat jattendi l-Qorti, b’uffiċjali armati saħansitra jkunu bil-wiefqa ġewwa l-awla. Din kienet neċessità, b’kuntrast man-nuqqas ta’ kwalunkwe arranġamenti ta ‘sigurtà bħal dawn għall-klijent tiegħu.
Debono kien fis-sigurtà relattiva tal-ħabs, qal l-avukat, iżda beża għas-sigurtà tal-familja tiegħu. “Il-maġistrat kien ordna lil kulħadd joħroġ mis-sala, u staqsa lill-ispettur jekk kienx offrut xi protezzjoni tax-xhieda lill-qraba ta’ Debono barra l-ħabs.
Huwa qal le.” “Hemm xi ħadd li jiddubita li jinsab f’riskju għoli? Sempliċiment minħabba artikli fil-gazzetti li jattribwlu reati ħżiena?” Qal l-Avukat Gatt. L-avukat sostna wkoll b’mod enfatiku li dan ma kienx każ fejn kienet dovuta l-piena massima.
L-Imħallef Bugeja ħalla l-kawża għal Ottubru għal ġudizzju. L-avukati Edward Gatt u Ishmael Psaila qed jirrappreżentaw lil Debono. L-Avukat Etienne Savona deher f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.