Toni Bezzina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal fil-parlament li l-Awtorità tal-Ippjanar għandha tilħaq l-aspetattivi tal-poplu.
Toni Bezzina qal li l-mod kif taħdem l-Awtorità tjieb bl-użu tat-teknoloġija u proċeduri online u appella biex ikunu impjegati iktar case officers mal-Awtorità tal-Ippjanar.
Hu kompla li hemm bżonn ħidma fuq l-estetika; id-disinn tal-faċċata jiddeċidih id-diversi entitajiet involuti. Għalhekk għandu jkun hemm titjieb fil-porċess biex il-periti jesperimentaw b’iktar disinji kerattvi. Hemm applikazzjonijiet fil-UCA fejn ikun hemm faċċata bla valur li jkollha tinżamm. Hu qal li jaqbel li dawk il-faċċati ta’ valur u storja għandhom ikunu konservati.
Tajjeb li jkun hemm konsultazzjoni iżda hu diffiċli biex il-periti jsibu kompromess bejn dawn il-proċessi kollha, li xi kultant ikunu kontradittorji bil-konsegwenza ta’ spejjeż żejda.
Jeħtieġ li dawn il-problemi jkunu eliminati għax ċertu konsulenzi huma entitajiet privati fejn il-periti qed jinqabdu f’ċirkostanzi fejn l-applikanti jkollhom jħallsu għall-piż li jkun responsabbiltà tal-entità.
Toni Bezzina qal li meta jindibel il-case officers qed jinħolqu diffikultajiet għaliex il-proċess qed jerġa’ jibda mill-bidu. Dwar il-pjani lokali, hu qal li suppost dawn kienu riveduti fl-2016; wasal il-waqt li dawn ikunu riveduti.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-parking u qal li r-rekwiżiti tal-ipparkjar hu li jitnaqqas l-ipparkjar fit-toroq iżda l-isfortuna hi li l-flus imħallsa mhux imorru biex jinbnew iktar parkeġġi.
Toni Bezzina appella biex il-Kamra tal-Periti tkun involuta fil-proċessi kollha biex l-Awtorità tal-Ippjanar tilħaq l-aspetti tal-poplu.
//= $special ?>

