Rebekah Cilia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Rebekah Cilia appellat fil-parlament biex l-ippjanar u l-kostruzzjoni jkunu kkunsidrati flimkien.
Rebekah Cilia qalet li l-iżvilupp hu suġġett delikat għall-pajjiż u tkellemt dwar l-ammont ta’ bini, kif u fejn dan isir. Dan mhux ħtija tal-Awtorità iżda jeħtieġ deċiżjoni; kuljum qed ikun hemm kontroversji. Hi sostniet li l-iżvlupp tal-rażan qed jifga lill-poplu b’konsegwenza fuq l-ambjent.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li ħadd ma jrid iwaqqaf l-iżvilupp iżda hu l-mod kif isir il-bini u l-estetika li jiddeterminaw jekk il-proġett hux sostenibbli.
Jeħtieġ bilanċ, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li qed isiru attakki fuq żoni ODZ fosthom f’Għawdex. Hi qalet li fl-2020 kien hemm żieda ta’ 28% fuq dawn l-applikazzjonijiet fuq is-sena ta’ qabel.
Rebekah Cilia qalet li hemm indħil politika f’ċertu aplikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u sostniet li dan seħħ fl-appplikazzjoni għal solar farm fl-Imġarr.
Hi kompliet li l-Pjani Lokali tal-2006 mhumiex ir-raġuni għas-sitwazzjoni tal-lum; jeħtieġ inħarsu ‘l quddiem. Il-gvern Laburista kellu ċans li jsib rimedju; kien il-Gven Laburista li żied l-inċentivi għal iktar żvilupp.
Rebekah Cilia appellat għal soluzzjonijiet b’diskussjoni u sostniet li l-proposti tal-PN jinkludu pass ’il quddiem biex l-ambjent ikun salvat. L-art ODZ għandha tkun protetta kif ippropona l-PN; jeħtieġ li ssir diskussjoni dwar nuqqasijiet li hemm fil-lokalitajiet.
Rebekah Cilia tratta diversi aspetti legali dwar żvilupp, il-kunsiderazzjonijiet ambjentali,
Hi staqsiet x’inhu l-pjan ta’ żvilupp għall-futur u jekk dan hux se jkompli jeqred l-ambjent. L-ippjanar u l-kostruzzjoni għandhom ikunu kkunsidrati flimkien. Jeħtieġ li jkunu kkunsidrati materjali differenti biex isir il-bini, sostniet id-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>

