Stanley Zammit, PN
Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit tkellem fil-parlament dwar ir-rwol tal-Awtorità tal-Ippjanar u sostna li l-iżvilupp m’għandux isir akkost ta’ kollox iżda jkun sostenibbli li jsir bi ħsieb, ikun kompatibbli u ma joħnoqx il-possibbiltà ta’ żvilupp miftuħ. Dan l-iżvilupp għandu jirirkonoxxi wkoll l-ispazji miftuħa u jkun f’armonija mar-rispett tal-madwar, il-kumdità, l-ambjent u l-estetika.
L-Ippjanar għandu jagħti valur ikbar lill-iżvilupp; jeħtieġ li l-gvern imexxi bl-eżempju din l-armonija l-Awtorità tal-Ippjanar għandha l-obbligu li toffri żvilupp ġust u trasparenti.
L-applikazzjonijiet huma determinati skont sett ta’ regoli, sostna d-deputat Nazzjonalista li enfażizza l-importanza tal-pjani lokali li huma mirbduma f’ħafna policies f’politika ta’ ippjanar burokratiku b’ambigwità. Kulħadd jammetti l-ħtieġa għal riforma radikali fil-proċess tal-ippjanar.
Hu staqsa x’ġara mir-rural policy u spjega kif hemm applikazzjonijiet kontra l-ISPED bħall-barriera f’Bengħajsa. Jekk tgħaddi din l-applikazzjoni tinqered art agrikola u ssir ħsara lil fortizza u elementi importanti oħra.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li qed isir abbuż mis-sistema bħal fil-każ ta’ bini għoli biswit UCA; kontra l-linji gwida tal-2015. Dawn iż-żoni kienu l-qalba tar-raħal li issa qed jitilfu l-identità tagħhom. Hu qal li l-irħula m’għandhomx ikunu ċirkondati bi swar u kaxxi.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-kunċett tal-one stop shop ma twettaqx għaliex kull entità qed iwettqu l-proċess tagħhom. Awtorità qed twaħħal fl-oħra u l-interess taċ-ċittadini qed jiġi l-aħħar; dan juri nuqqas ta’ governnaza tajba.
Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm preċedenti maħluqa intenzjonalment bl-iskop li l-iżbalji jirreptu ruħhom. Hu kompla li l-ħaddiema jitkellmu ristrutturar serju dwar il-mod kif topera l-Awtorità u biex ir-riżorsi umani jkunu utilizzati aħjar. Jeħtieġ tinstab soluzzjoni għall-ħaddiema barranin li jaħdmu fl-Awtorità. Importanti li dawn ikunu mgħejjuna jtejbu l-komunikattiva tagħhom.
Hu qal li l-professjoni tal-planners għandha tkun rikonoxxuta wkoll b’inċentivi u taħriġ. Importanti li l-proċess tal-iskemi jkun iktar simplifikat; l-iżvilup sostenibbli jeħtieġ bidla fil-kultura.
//= $special ?>

