Rumena sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja u kwart fi Triq L-Ewwel Titjira 1915, Ħal Kirkop.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn tliet vetturi; Toyota Vitz misjuqa minn Rumena ta’ 21 sena residenti l-Gżira, Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 36 sena minn Ħal Lija u Nissan Micra misjuqa minn mara ta’ 46 sena residenti ż-Żurrieq.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-Rumena l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>