Eks plajer tal-football li jinsab bil-libertà proviżorja wara li fil-passat kien tressaq fuq ‘hold up’ reġa’ tressaq il-Qorti b’ċitazzjoni fuq akkużi ta’ b’misapproprjazzjoni u ħasil ta’ flus wara li allegatament ħa d-depożiti tal-klijenti għal xogħlijiet ta’ handyman li suppost kellu jagħmel iżda naqas milli jwettaq xogħolu.
Mark Anthony Bonnici ta’ 42 sena minn Birkirkara u resident Ħ’Attard, kien mixli quddiem il-maġistrat Marse Anne Farrugia l-Erbgħa filgħodu. L-Ispettur Claire Vella Borg akkużat lil Bonnici, eks difensur ċentrali ta’ Birkirkara FC, b’misapproprjazzjoni ta’ total ta’ madwar €15,000 mingħand erba’ klijenti bejn l-2017 u l-2019.
Huwa kien akkużat ukoll li sar reċediv. Bonnici jinsab bil-libertà proviżorja b’rabta mas-serqa armata f’ħanut f’San Ġwann, li seħħet is-sena l-oħra. Il-prosekuzzjoni talbet ordni ta’ ffriżar fid-dawl tal-akkuża ta’ ħasil ta’ flus, li ġiet milqugħa mill-qorti.
Il-każ ta’ San Ġwann kien seħħ għall-ħabta tat-8: 15pm fil-ħanut fi Triq in-Naxxar, meta allegatament daħal fil-post armat b’arma tan-nar, u talab il-flus. Huwa mbagħad spiċċa biex ħa b’madwar € 1300 fi flus kontanti. Huwa ġie arrestat aktar tard fl-inħawi ta’ Tas-Sliema, bil-karozza tiegħu allegatament l-istess waħda li kienet użata fil-holdup.
Uħud mill-flus misruqa kienu nstabu fid-dar tiegħu, qalu sorsi tal-Pulizija. Is-suspettat ġie arrestat u akkużat b’serq aggravat, li żamm lill-impjegat tal-ħanut kontra r-rieda tagħha, li kien qed iġorr arma waqt li wettaq reat kontra l-persuna
Bonnici ressaq dikjarazzjoni ta’ mhux ħati tal-akkużi. Peress li ma kienx deher fil-qorti taħt arrest, ma kienx hemm bżonn li tintalab il-libertà proviżorja. Għal Bonnici dehru l-avukati Franco Debono u Marion Camileri. L-Avukat David Bonello deher bħala parte civile.
//= $special ?>