Malta……………..0
Venezwela……..1
Malta: J. Galea, K. Micallef (M. Veselji 84′), E. Pepe (S. Borg 46′), Z. Muscat, J. Brown, M. Guillaumier (D. Vella 46′), M. Garcia (J. Busuttil 77′), R. Camenzuli, J. Grech (L. Gambin 64′), T. Teuma, P. Mbong (L. Montebello 64′)
Venezwela: W. Farinez, C. Larotonda (T. Rincon 77′), J. Chancellor, N. Ferraresi, Y. Osorio (R. Rosales 77′), J. Murillo (A. Penaranda 46′), Y. Herrera (J. Martinez 85′), Y. Cumana, E. Bello (C. Casseres 80′), S. Rondon (F. Aristeguieta 80′), J. Soteldo
Skorja: Salomon Rondon 34′ (V)
F’partita ta’ ħbiberija fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali, it-tim Nazzjonali Malti sofra telfa ta’ 1-0 kontra t-im tal-Venezwela. It-tim ta’ Pakerman huwa ffurmat minn plejers ta’ fama mondjali li jilgħabu f’kampjonati kbar madwar l-Ewropa fosthom l-awtur ta’ l-uniku gowl Salomon Randon ta’ Everton u Tomas Rincon ta’ Sampdoria.
Devis Mangia ħareġ b’formazzjoni mibdula minn dik tas-soltu fejn bla dubju llum ta ċans plejers li ssoltu ma’ jkunux regolari. Barra minn hekk jagħmlu d-debutt tagħhom mat-tim Nazzjonali kien hemm id-difensur ta’ St. Jonstone James Brown kif ukoll il-midfielder ta’ Floriana Matias Garcia, li għadu kemm kiseb iċ-ċittadinanza Maltija ftit tal-jiem ilu.

It-team ta’ Venezwela deher aktar fil-kontroll tal-partita fl-ewwel taqsima u sa mill-bidu tal-konfront kienu fuq l-attakk, iżda t-tim Malti, għalkemm ma’ kellu l-ebda konklużjoni lejn il-lasta fl-ewwel 45 minuta deher kompatt u organizzat. L-uniku gowl wasal fl-34 meta wara li Teddy Teuma tilef ballun f’nofs il-ground kien Julio Soteldo li avvanza u tefa’ kross fil-kaxxa li sab lill-attakkant ta’ Everton Salomon Rondon li b’daqqa ta’ ras għeleb lil Jake Galea.
It-tieni taqsima kienet simili ħafna għall-ewwel waħda iżda bil-Maltin ikunu xi ftit aktar fuq in-naħa offensiva. Għalkemm l-uniku żewġ xuttijiet tal-Maltin waslu fil-55 minuta minn Jake Grech u fit-78 minuta minn Luke Gambin u li t-tnejn marru għoli, it-tim immexxi minn Devis Mangia kien aħjar fid-difiża u rreżista l-attakki tal-Venezuela biex l-iskor baqa dak ta’ 1-0 favur it-tim Sud Amerikan.
