Lokali Parlament

Ħadd m’għandu jipprova jħarbat ix-xogħol tal-Awtorità tal-Artijiet

Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal fil-parlament li ħadd m’għandu jipprova jħarbat ix-xogħol tal-Awtorità tal-Artijiet.

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li l-art hi tal-poplu Malti u l-ebda individwu m’għandu jinfluenza biex xi persuna japprofitta ruħu permezz ta’ kuntatti li jkollu fl-Awtorità. Hu kompla li issues ta’ possibbiltajiet ta’ bini minn ftit nies li jppretendu li kullimkien hu tagħhom għandhom ikunu riżolti billi l-artijiet jibqgħu tal-poplu Malti.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex dan il-ftit nies ma jingħatawx il-poter li jinfluwenza l-Awtorità tal-Artijiet. Hu sostna li l-problema tal-imwejjed u s-siġġijiet hi kwistjoni fil-lokalitajiet kollha u żied li mhux tajjeb li jingħataw permessi bla rażan biex ħadd ma approfitta mill-aċċessibbiltà.

Kulħadd għandu dritt jagħmel użu minn postijiet pubbliċi u l-ebda imwejjed u siġġijiet m’għandhom jimblukkaw il-passaġġi; jeħtieġ li d-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà jkunu garantiti. Dan filwaqt li ma jitwaqqafx l-iżvilupp neċessarju, sostna Robert Cutajar.