Ivan J.Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-gvern ma jistax jibqa’ jinjora l-integrità u r-reputazzjoni tal-pajjiż.
Ivan J.Bartolo tkellem dwar l-ippjanar fil-kuntest tal-ġid taċ-ċittadini Maltin waqt li appella biex ma tkunx aktar promossa politika partiġġana biex il-pajjiż jixxennaq għan-normalità quddiem sfidi serji.
Hu qal li l-ekonomija għandha dipendenza fuq fatturi ekonomiċi interni u esterni. Malta għandha tirrikonoxxi l-importanza tal-fatturi ekonomiċi esterni; Malta jeħtieġ tifhem l-importanza kif il-bqija tad-dinja tħares lejn il-pajjiż. Hu qal li hemm fatturi esterni li jiddependi mill-gvern li jirrikjedu impenn tal-istess gvern.
Il-poplu jifhem l-importanza tar-reputazzjoni u l-integrità tal-pajjiż; il-gvern ma jistax jibqa’ jinjora dawn l-aspetti għaliex ikun qed jagħmel ħsara lill-pajjiż u lill-familji Maltin.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern ma jistax jibqa’ jaħbi l-verità li hemm fir-rapport tal-GRECO. Il-GRECO qal li Malta qed tkarkar saqajha iżda l-gvern qed isostni li jinsab sodisfatt minkejja li implimenta biss żewġ rakkomandazzjonijiet mit-23 li saru fl-2019. Hu kompla li l-GRECO kien rrakkomanda diversi proposti dwar il-governanza fil-pajjiż fosthom dwar il-persuni ta’ fiduċja.
Ivan J. Bartolo qal li fil-parlament hemm deficit demokratiku u serju u sostna li anki l-MEPS dwar is-saltna tad-dritt kkritikaw lil-gvern dwar is-saltna tad-dritt, l-iskema tal-passaporti u l-libertà tal-espressjoni. Huma ħeġġew lill-gvern biex isaħħaħ id-demokrazija il-kuntest tal-abbozz li ressaq il-PN dwar il-governanza.
Dawn qed jagħmel tebgħa fuq l-integrità tal-pajjiż u r-reputazzjoni ta’ Malta. Din kun qed teffettwa wkoll lill-familji; Malta jeħtieġ li tieħu ħsieb ir-reputazzjoni tagħha għaliex dan se jwassal għal problemi finanzjarji.
Hu appella lill-Gvern biex isarraf l-id tal-ħbiberija fir-realtà; irid ikun il-gvern li jinċentiva dan għaliex dan hu importanti fosthom billi joħloq bilanċ fuq ix-xandir pubbliku Dan waqt li jimplimenta l-abbzzi li l-PN ippropona dwar il-governanza.
Il-gvern għandu jpoġġi l-interessi ta’ Malta qabel dawk tal-PL u jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet ta’ Malta biex isaħħaħ is-saltna tad-dritt. Jeħtieġ li l-Oppożizzjoni jkollha l-għodda neċessarja biex twettq ir-responsabbiltajiet tagħha f’demokrazija parlamentari.
//= $special ?>

