Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Il-Ġermanja tiddeċiedi biex ukoll tgħin lill-Ukreni bl-armi

Il-Gvern tal-Ġermanja ukoll wiegħed li jibgħat l-armamenti lill-Ukreni – u li jinkludu, fost oħrajn, sistema ta’ difiża għal kontra l-attakki mill-ajru.

Il-Kanċillier Ġermaniż, Olaf Scholz, qal lid-deputati fil-Parlament ta’ Berlin li din is-sistema – tat-tip IRIS-T – hi l-aktar sistema moderna fil-pussess tal-Ġermanja u għandha tgħin lill-Ukreni biex jiddefendu belt sħiħa kontra l-ajruplani tal-gwerra tal-Kremlin.

Sadanittant, il-Ġermanja se tipprovdi wkoll lill-Ukrajna bi tracking radar li kapaċi jindika lill-artillerija tar-Russi fl-artijiet Ukreni, flimkien ma’ armi oħra li jinkludu l-multiple rocket launchers.