Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Il-qawwiet ta’ Zelensky mhumiex se jattakkaw l-art tar-Russja

Ħafna esperti u osservaturi ma jemmnux li l-Ukrajna tista’, xi darba, tattakka lit-territorju tar-Russja. Dan għaliex azzjoni ta’ dan it-tip għandha teskala bil-kbir din il-gwerra u fi żmien meta l-qawwiet Ukreni qed jagħmlu li jistgħu biex jirreżistu lill-Armata tal-Kremlin li qed tavvanza fl-artijiet tad-Donbas, fil-Lvant tal-Ukrajna.

Intant, din hija gwerra li ma għażlitx l-Ukrajna u l-Armati tagħha huma mija-fil-mija impenjati biex jiddefendu s-sovranità u l-identità ta’ pajjiżhom kontra qawwiet ostili li ilhom il-ġimgħat jippruvaw ikissru lil dan il-poplu…Poplu li qed jiddefendi d-dritt tiegħu li jeżisti kontra aggressur b’saħħtu u ambizzjuż.

Min-naħa tiegħu, il-President Ukren Volodymyr Zelensky  tenna li pajjiżu ‘ma għandu l-ebda intenzjoni li jattakka lir-Russja’ filwaqt li spjega li l-armamenti għal fuq id-distanzi twal li jintbagħtu lill-Ukrajna għandhom jintużaw biss bħala difiża.