Sorsi tal-aħbarijiet fir-Russja qegħdin jaħdmu fuq lista tas-suldati Russi li tilfu ħajjithom fil-gwerra tal-Ukrajna. Is-sorsi qrib ir-rapport irreferew għal ‘3,052 truppi maqtula’, iżda imkejjen indipendenti barra l-pajjiż huma konvinti li l-vera ammonti ta’ militar (Russi) mejtin huma ‘ferm u ferm akbar’.
Il-lista tinkwadra f’investigazzjoni (li għadha għaddejja) dwar it-telf, tul il-ġimgħat, tas-suldati Russi, flimkien man-natura taċ-ċirkustanzi ta’ mewthom.
Dan ukoll meta l-analisti li qed jiġbru d-dettalji qegħdin jibbażaw l-informazzjoni tagħhom anki fuq id-diskursati mal-familji tal-mejtin.
Fl-aħħar jiem, il-ġurnalisti tal-BBC News Russian sabu numru ta’ oqbra ġodda fi ħdax-il ċimiterju differenti f’diversi partijiet tar-Russa. Għalkemm mhux l-oqbra kollha dehru li kienu speċifikament għas-suldati, spikkaw ħafna ritratti ta’ irġiel bl-uniformi militari fuq l-oqbra, flimkien ma’ girlandi tal-fjuri ‘mingħand il-Ministeru tad-Difiża (Russu)’.
Sadanittant, hemm proporzjon qawwi – xi 20 fil-mija — ta’ uffiċjali għoljin fost il-militar tar-Russja li nqatlu fl-Ukrajna; b’dan l-aspett qiegħed jallarma lill-kbarat fil-Kremlin ta’ Moska.
Ir-riżultati jaqblu mar-rapporti tas-servizzi sigrieti tar-Renju Unit li ftit tal-jiem ilu rreferew għal ‘telf ta’ ħajja katastrofika’ fost l-uffiċjali militari tar-Russja – bil-mejtin jinkludu numru ta’ Ġenerali u kurunelli tal-Armata ta’ Putin.
Intant, is-servizzi sigrieti fir-Renju Unit qed jikkalkulaw li r-Russja tilfet bejn 15,000 u 17,000 suldat fl-Ukrajna sal-aħħar ta’ Mejju – bl-Ukrajna, skont il-kalkuli tagħha, qed tirdoppja dan l-ammont għal 30,000.
U filwaqt li l-gwerra qed tikkonċentra l-aktar fir-reġjun tad-Donbas, il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, ikkalkula li pajjiżu qiegħed jitlef bejn 50 u 100 suldat kuljum fl-inħawi – anki jekk ir-Russja qed tkompli ssofri telf ta’ ħajja terribbli waqt il-konflitt.
50 lines
//= $special ?>