Se jkunu Luxol St Andrews u l-Universita’ ta’ Malta li llejla jikkontestaw il-finali tal-E & L Futsal Trophy wara li ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lill-avversarji rispettivi tagħhom fis-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni.
Iċ-champions Luxol għelbu lil St George’s bl-iskor ta’ 8-3. Everton Veve, Andy Mangion u Nathan Cope skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Mark Zammit u Matthew Attard żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Għal St George’s kienu Karl Luke Schembri li skorja doppjetta b’Herbert Spiteri li wkoll niżżel ismu fil-lista tal-iskorers.

L-Universita’ ta’ Malta ddominaw u rebħu t-tieni semifinali kontra Siġġiewi 10-2.
L-Universitarji skorjaw il-gowls tagħhom permezz ta’ tripletta ta’ Guillherme Fonseca u doppjetti ta’ Mohammed Elamari u Jean Noel Azzopardi. Dale Valletta, Cleaven Portelli u Stefan Camilleri skorjaw aktar gowls għat-tim tagħhom.
Andre Joe Cutajar u Dale Vella skorjaw iż-żewġ gowls ta’ konsolazzjoni għal Siġġiewi.

Il-finali bejn l-Universita’ ta’ Malta u Luxol tintlagħab illejla, fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport u tibda fid-8.45pm.
//= $special ?>