Adrian Delia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia sostna li jeħtieġ aġġornament tal-inventarju dwar il-propjetà tal-gvern.
Fil-parlament Adrian Delia qal li l-gvern kellu dħul li ma seħħx mill-artijiet iżda issa qed jippjana li dan jiġborhom. Hu tkellem dwar l-inventarju tal-assi u qal li s-sistema li qed tintuża għal rendikont tal-propjetà trid tkun aġġornata.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li ll-propjetà li kellha l-Knisja għandha tkun speċifikata u għandu jkun speċifikat liema huma l-propjetajiet kollha li tamministra l-Awtorità tad-Djar.
Mill-1994 kien hemm ħafna kawżi l-qorti minħabba li ma kienx hemm iċ-ċertezza ta’ x’artijiet u propjetà il-gvern kiseb mingħand il-Knisja. Jeħtieġ li jsir dan l-aġġornament għaliex qed ikun hemm diversi problemi, sostna Adrian Delia, li tkellem dwar il-mod kif il-gvern jiddisponi mill-artijiet tiegħu.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li għandu jkun hemm rendikonti iktar trasparenti biex ikun speċifikat iktar liema huma l-propjetajiet għall-akkomodazzjoni soċjali u setturi soċjali tiegħu.
Hu appella biex ikun speċifikat kemm tiswa l-propjetà li għandu l-gvern u qal li fil-każ tal-isptarijiet l-Awtorità tal-Artijiet tat propjetà lill-Malta Industrial Parks li suppost kellha ddaħħal ammont iżda dan ma seħħx.
//= $special ?>

