Lokali Parlament

Jeħtieġ li l-art agrikola tingħata lill-bdiewa ġenwini

Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina sostna fil-parlament li l-art agrikola għandha tingħata lill-bdiewa ġenwini biex b’hekk ikun assigurat il-bfutur tas-settur tal-biedja u l-produzzjoni tal-ikel f’Malta.

Toni Bezzina qal li l-Awtorità tal-Artijiet timmaniġġja l-artijiet kollha tal-gvern u sostna li l-gvren hu l-akbar sid ta’ art agrikola fil-pajjiż li minnha jiddependi l-għajxien ta’ numru ta’ familji ta’ bdiewa u raħħala. Hu kompla li l-argikoltura hi pilastru tal-ekonomija, hi l-eqdem mistier fid-dinja u hi l-aqwa gwardjan tal-ambjent naturali tal-pajjiż.

Waħda mill-problemi prinċipali hi n-nuqqas ta’ art, sostna Toni Bezzina, li kompla li żewġ tomniet raba’ ingħataw madwar €3,000 fis-sena. Dan qed joħloq diffikultajiet għall-bdiewa, sostna Toni Bezzina, li kompla li l-bdiewa għandhom limiti kemm jifilħu jħallsu għall-art waqt li s-sidien ikunu jixtiequ jieħdu dak li ħaqqhom dwar l-art tagħhom.

Irid ikun assigurat li min jitfa’ l-offerti għall-art ikunu bdiewa ġenwini li jadu l-art is-sena kollha. Jeħtieġ ikun hemm ukoll verifiċi li din l-art tal-gvern tkun qed tinħadem.

Hu tkellem dwar l-importanza li l-pajjiż jipproduċi l-prodotti agrikoli neċessarji u dwar il-problema tat-trasferimenti tal-artijiet. Jeħtieġ li l-bdiewa jkunu informati jekk ikunu ħallew xi dokumentazzjoni nieqsa fil-proċessi speċjalment dwar l-artijiet agrikoli.

Toni Bezzina kompla li fil-każ ta’ artijiet agrikoli għandha tidħol fis-seħħ il-proċedura bħal dik użata mal-għaqdiet sportivi biex l-art agrikola għandha tmur għand bdiewa ġenwini biex ikun massimizzat il-prodott tlokali Malti.