Lokali Qorti

Jinżamm arrestat wara li nqabad ħdejn il-pixxina bid-droga

(Ritratt: In-Nazzjon)

Raġel ta’ 53 sena inżamm arrestata wara li t-talba għall-ħelsien mill-arrest kienet miċħuda mill-Maġistrat Noel Bartolo wara li ġie mixli li nstabu fil-pusses tiegħu 15-il qartas ta’ droga kokaina meta twaqqaf mill-Pulizija ħdejn il-pixxina nazzjonali nhar it-Tnejn li għadda.

L-Avukat tiegħu Kathlene Calleja Grima qalet li ma kinitx qed tikkontesta l-validità tal-arrest fil-konfront ta’ Stephen Catania. Minn naħa tagħha il-Pulizija qalet li hija kellha nformazzjoni fuq l-akkużat fuq l-involviment tiegħu fuq it traffikar ta’ droga li qed isir minn xi ħadd minn San Ġwann u li dan imur għax xogħol fis-6pm.

Hawn il-Pulizija segwweh u b’karozza u mar lejn il-Pixxina fejn twaqqaf u nstabu fuqu 15-il qartas u ġew elevati żewġ mobile u fid-dar kien hemm mwieżen diġitali u droga simili li nstabet fil-karozza, Il-prosekuzzoni qalet li huwa qed igawdi minn żewġ kundizzjoninjiet ta’ bail u ngħad ukoll li l-ammont ta’ droga mhux kbir fil-fatt instabu bejn 10 u 15 gramma.

Meta saret talba għall-pleġġ l-Ispettur Mark Anthony Mercieca oġġezzjoni fejn qal li minkejja li l-ammont mhux kbir kien imqassam f’pakketit, u tenna li Catania ġie arrestat fejn il-pixxijna fejn kien hemm partita tal-warterpolo, fejn kien hemm numru ta’ żagħażagħ fil-post.

Mercieca qal ukoll li l-kondotta tiegħu hija waħda kkulurita. Minn naħa tagħha l-Avukat Calleja Grima qalet li l-libertà hija r-regola u mhux l-eċċezzjoni u kif qal l-Ispettur stess l-ammont ta’ droga mhux kbir u li l-klijent tagħha beda jindirizza l-problema ta’ droga.  Il-Qorti ċaħdet it-talba minħabba n-nuqqas ta’ affidabilità tal-akkużat.