Fi Franza faqqgħet kontroversja ġdida fost diversi gamers illi ma jridux lill-awtoritajiet Franċiżi jimponu fuqhom kliem bil-Franċiż, minflok jużaw il-kliem tekniku bil-lingwa Ingliża.
Kollox beda wara li l-Akkademja tal-Lingwa Franċiża insistiet li ma jintużawx aktar il-frażijiet ‘e-sports’ u ‘streamer’. Bil-gamers infushom qed jgħidu li din il-mossa hi bla sens.
Issa, se jkun il-Gvern Franċiż li għandu jieħu deċiżjoni finali fuq din il-proposta tal-Akkademja.
//= $special ?>