Lokali

“L-għajnuna mhux tilqa’ għal kull żieda” – Silvio Schembri

Bl-għoli tal-ħajja xahar wara l-ieħor jisplodi ‘l fuq… il-familji u l-ħaddiema qed ikompli jħossu dan il-piż li qed jaffettwalhom il-but tagħhom. Bl-istatistika turi bl-aktar mod ċar li kollox qed jgħola b’rata allarmanti u pjuttost inkwetanti għall-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi.

Iżda meta staqsejna lill-Ministru Silvio Schembri dwar l-għajnuniet konkretri li ghandu jagħti l-Gvern sabiex itaffi dan il-piż, il-Ministru stess spicca ammetta li l-għajnuna mhux qed tilqa’ għal kull żieda fil-prezzijiet – fi kliem sempliċi ammetta li l-Gvern mhux qed jgħin lil kulħadd.

Risposta li żgur tqajjem rabja fost bosta familji li qed isibuha diffiċli ferm jaslu sal-aħħar tax-xahar hekk kif għandna Ministru ieħor li qed isemmi biss is-settur tal-enerġija u s-sussidju li qed jagħti l-Gvern fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

B’bosta esperti jqajmu l-mistoqsija dwar kemm il-Gvern se jiflaħ jibqa’ jissussidja l-prezzijiet tal-eneġija… għax dment li dan is-sussidju jieqaf… iż-żieda tal-għoli tal-ħajja għandha żgur tkun iktar minn 8 ewro … kif qed ikun imbassar min-numri tal-ekonomisti infushom.

Filfatt, staqsejna lil Silvio Schembri jekk fil-Budget li jmiss il-Gvern hux se jkun qed jagħti żieda għall-għoli tal-ħajja li tlaħħaq l-8 ewro fil-ġimgħa… iżda Schembri.. bħas-soltu… għażel li ma jikkommettix ruħu.

Aktar kmieni konna staqsejna wkoll lil Silvio Schembri jekk jaqbilx li fis-sitwazzjoni li pajjiżna jinsab fiha, il-Gvern għandux jagħmel mini-budget ieħor… bil-Ministru iwieġeb b’mod ġeneriku ħafna.