Nhar il-Ħadd, l-Ukrajna se jkunu qed jilagħbu kontra Wales biex b’hekk ikun deċiż l-aħħar tim li se jkun qed jilgħab fit-Tazza tad-Dinja f’Novembru li ġej.
Fis-semifinali, l-Ukrajna għelbu lill-Iskozja bl-iskor ta’ 3-1 f’partita emozzjonanti għat-tim Ukren b’dak li qed iseħħ fil-pajjiż tal-Ukrajna jkollu wkoll impatt fuq din il-partita. L-Ukrajna fetħu vantaġġ doppju b’gowls ta’ Andriy Yarmolenko u Roma Yaremchuk. Callum McGregor naqqas l-iskor fid-79 minuta biex lejn it-tmiem kien Artem Dovbyk li aċċeta mir-rebħa.
//= $special ?>