Mara ta’ 42 sena residenti l-Ħamrun ammettiet quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo li kienet tmexxi d-droga mir-residenza tagħha fil-Ħamrun minħabba l-problemi li għandha ta’ djun ma diversi persuni oħra. Il-problema ta’ Charmaine Bezzina hija li għandha tagħti ħafna flus peress li hija stess għandha problema ta’ droga.
Bezzina ammettiet li kellha il-pussess tagħha d-droga kokaina f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għal użu esklissiv tagħha u li kienet fil-pusses tad-droga eroina. L-Avukat Mark Mifsud Cutajar qal li l-mara kważi kważi tippreferi tmur il-ħabs biex taħrab mill-problemi ta’ ħajjitha, li wara kollox tixtieq li ssolvi.
L-Ispettur Mark Anthony Merceica qal li fil-flat Bezzina kellha diversi pakketti ta’ kokaina u pakkett erona, u li dawn kienu ammonti sew. Kellha pakkett kbir u mqassam f’pakketti żgħar. Tenna wkoll li hija qed tgawidi mill pleġġ fuq każ ieħor.
L-Ispettur qal ukoll li l-mara daħlet f’ċirku li ma tistax toħroġ minnu, u txitieq li tingġata l-għajnuna biex forst tbiddel id-direzzjoni ta’ ħajjitha. L-Avukat difensur qal li hawn għandna persuna li għandha d-djun man-nies. Trid isostni l-misħut vizzju li għandha u għandha suppliers li qed jiġru warajha,
L-Ispettur qal li fl-appartament tagħha nstabu 50 gramm kokaina f’boroż ta’10 grammi l-waħda. Instabet ukoll gramma eroina.,Hija ammettiet ukoll l-akkużi li saret reċidiva u kisret diversi kundizzjonijiet. Il-Qorti qalet li se tagħti s-sentenza nhar it-Tnejn 6 ta’ Ġunju fid-9.00am.
//= $special ?>