Lokali

“Naħdmu biex insaħħu l-media tal-PN” – Michael Piccinino

“Ir-ristrutturar fil-midja tal-Partit Nazzjonalista huwa kruċjali, u se naħdmu aktar biex kummerċjalment il-midja tiġi aktar vijabbli.”

Hekk tenna is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino waqt intervista li kellu fil-programm Xtra fuq ix-Xandir Nazzjonali.

Michael Piccinino qal li l-Partit Nazzjonalista għandu d-dover li jagħmel d-djalogu mas-soċjetà, iżda fuq kollox għandu dejjem iżomm il-prinċipji tiegħu.

Mistoqsi dwar il-posizzjonijiet li jieħu l-Partit Nazzjonalista fost l-oħrajn fuq temi ambjentali u anki mal-benesseri tal-persuna, is-Segeretarju Ġenerali tenna li l-PN ghandu jkun aktar ċar anki dwar il-posizzjonijiet li jieħu.

Dwar il-konferma tal-Kap tal-PN Bernard Grech, is-Segretarju Generali tal-PN qal li l-fiduċja li ġab issa se tkun użata biex titwettaq aktar ħidma fil-Partit Nazzjonalista, inkluż ir-riforma li hija tant meħtieġa. Riforma li anki tkellem dwarha Bernard Grech tul l-ewwel diskors tiegħu … ftit wara li kien konfermat bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.