Lokali Qorti

Raġel b’xabla f’Paceville waqt ġlieda għadu ma ġiex identifkat hekk kif tressqu żewġt irġiel

Raġel li kien involut fi ġlieda bejn żewġ gruppi ta’ barrnain waqt kommossjoni f’Paceville u li kien fil-pusses ta’ xabla għadu jiġri barra għaliex baqa’ ma ġiex identifikat. Lanqas ix-xabla ntużata għadha ma nstabet. Dan ħareġ meta quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo tressqu Mohamed Ali Al Musrati ta’ 36 sena, ta’ nazzjonalita Libjana u Hossein Oumoueimilan ta’ 24 sena mill-Iran mixlija li kienu nvoluti fil-ġlieda.

Il-Libjan li qal li jaħdem bħala Supervisor f’ħanut huwa residenti s-Swieqi filwaqt li l-Iranjan li huwa student joqgħod tas-Sliema. Huma ġew akkużati li nhar it-Tlieta 31 ta’ Mejju għall-ħabta tal-5.00 pm. ikkaġunaw feriti gravi fuq tliet persuni u li ħebbew għalihom u għal persuni oħra.

L-inċiident seħħ għall-ħabta tal-4.00am. meta grupp ta’ barranin li numru minnhom huma ta’ nazzjonalità Brittanika iltaqgħu maż-żewġ akkużati u persuni oħra li għada qed tiġi mfittxija mill-Pulizija u għal xi raġuni li lanqas waqt ix-xhieda ma ġiet spjegati spiċċaw jikkonfrontaw lil xulxin fejn intużat xabla u xixa tal-ħġieġ.

Peress li l-allegati vittmi jridu jitilqu minn Malta l-Qorti mill-ewwel semgħet ix-xhieda tagħhom. Ix-xhieda qalu li wħud minnhom kienu akkumpanjati minn nisa tagħhom li twerwru meta raw raġel b’xabla kbira u ieħor b’xixa. Persuna mill-allegati vittmi spiċċat mimlija dmija minħabba qata’ f’idejha u nlaqtet ukoll f’rasha u dan meta pprova jieħu x-xabla mingħand l-aggressur.

L-Ispettur Jean Paul Attard qal li kien għall-ħabta tal-4:15am il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm argument bejn diversi persuni fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan. Il-Pulizija tad-Distrett, assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, marru fuq il-post fejn minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li kien qam argument bejn diversi rġiel.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u numru ta’ ambullanzi li ħadu Libjan ta’ 36 sena, Iranjan ta’ 24 sena, Ingliż ta’ 28 sena u raġel ieħor, li l-identità tiegħu għadha mhiex magħrufa, l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi. Wieħed minnhom għadu rikoverat l-isptar.

L-Ispettur Attard qal li nfetġet inkjesta wkoll mill-Maġistrat Elaine Mercieca . Lewwel xhud kien ċertu Mina Menser li qal li hu u sħabu marru Paceville u ħarġu fi grupp nnota kommossjoni. Tenna li jaf li f’daqqa waħda qam pendemonju u li kienu tlieta li aggredew lill-ġrupp tagħhom.

Bħax-xhieda kollha Menser għaraf liż-żewġ akkużati fl-awla u kkonferma li kien hemm ieħor magħhom. Tenna li kienu fi club f’Paceville li jagħalaq fl-4.00 am. Tenna li meta raha l-aggressjoni huwa mar ħdejn il-ħabiba tiegħu li jisimha Monica, ippruva jiddeffendiha ġħax ħaseb li kien se jiġrilha xi ħaġa.

Kellu xabla b’xafra itwal minnu

Qal li huwa beda jiġbed lil ħabib tiegħu biex is-sitwazzjoni ma teskalax. Qal li wieħed mill-aggressuri kien fejn ix-Xixa kafe. u li raha wieħed mill-irġiel li kien neħħa l-flokk. Tenna li raġel ieħor kellu flokk iswed u kellu xabla l-blade itwal minnu, storbju. ” Ħadtlu x-xabla u weġġajt idejjha, u li xabla laqtitni fuq rasi u beda ħiereġ id-demm.” qal ix-xhud, li sostna li kien neħħa il-flokk u rabat rasu bih, sieħbu tabib mar ħdejh u rabatilu sew anke ma’ jdejh u qagħad bilqiegħġda jistenna l-ambullanza.

Ix-xixa kienet f’idejh u beda jhedded biha, ma kinitx miksura meta rajtha jien u ma rajt lil ħadd minn sħabi jintlaqat bix-xixa. le. Ma kontx naf x’qed jiġri kien moħħni biss biex nipprorteġġi lili u sħabu. Kienu tlieta imma rajt biss tnejn jaqilgħu l-inkwiet”.

L-Avukat Difensur Franco Debono staqsa jekk hux sofrix il-ġrieħi meta mar għalih biex jeħodlu x-xabla, bix-xhud iwieġeb fl-affermattiv. Mistoqsi jekk bedhiex ixejjer l-arma lejh, ix-xhud qal lil le iżda kienet ma’ sidru. Geirgeis Abari kien xhud ieħor li qal li wara li marru jieħdu xi drinks u wara sal-club, minn hemm marru fejn lukanda, wara ħames minuti jistenna lil sħabu minuti ħadd ma mar.

Wieħed mill-allegati vittmi skuża ruħu ma’ wieħed mill-akkużati

Wara raha kommossjoni u ħġieġ fu beda jgħid lil ħbiebu biex jitilqu għax ma bediex jogħoġbu ix-xogħol. Tenna li ra l-pajp tax-xixa miksur u li hu rnexxielu jieħdu lill-akkużat. Tenna li qala l-pajp minn max-xixa u poġġieh fejn karozza pparkjata.

Beda jgħajjar lil ħbieb tiegħu biex speċjalment lin-nisa. Sieħbu rah li huwa tabib. Tenna li kellu demm ħiereġ mill-arterji. Xi ħames minuti wara waslu l-Pulizija u wara waslet l-ambullanza. Bħal sħabu kollha huwa għaraf lill-imputati fl-awla. Tenna li ma jafx kif sieħbu sofra xi ġrieħi. Madankollu tenna li skuża ruħu ma Musrati, wieħed mill-akkużati. Qal li dan għamlu wkoll biex iżomm il-kwiet u forsi jikkalma kollox.

Michael Besata kien ix-xhud l-ieħor li qal li kien hemm ġenn sħiħ u seħħew xi daqqiet ta’ ponn u li qala’ daqqa tas-sieq minn wieħed, attakkawh, mar ħdejn il-mara, wieħed ħareġ bix-xixa minn ħanut, u hu mill-ewwel qal lin-nisa biex imorru l-lukanda,  kien hemm ħafna biki u storbju u tenna li mhux sew għan-nisa li jesperjenzaw xi ħaġa bħal din.

Fuq mistoqsija tad-difiża qal li ma rax lil sieħbu isofri minn xi ġrieħi, u jaf li wieħed minn sħabu skuża ruħu, u kif l-akkużat ħareġ bix-xixa u hu pprova jikkalmaw is-sitwazzjoni. Mark Girgis. xehed li meta kienu l-club is-security bdew jitfgħu n-nies il-barra għax kien sar il-ħin.

George Siha. qal li telqu mill-club fl-4am.. Waqfu biex jingħaqdu fi grupp u kienu sejrin ristotant iżda kien hemm min ma ġiex u reġgħu telgħu t-taraġ. Tnejn minn nisa kienu qed jibku sew. Raha żewġ irġiel żaqqhom barra u wieħed minnhom kellu x-xixa u sieħbu bid-demm, u ppruvaw jikklalmaw is-sitwazzjoni. Ix-xhud qal li ma jafx kif Musrati weġġa’ għajnejh.

Ħu rwspkinsabbilita fil-but passaport, li m;gġandhomx dokumenti passaport. Id-difiża f’dan l-istadju li l-imputati jingħaw il-pleġġ .. pros qed joġġezzjona… minħabba l-biża jinterfexzxi kors tal-ġustizzja, tielet persduna mhix identifkata, serjamwnt kienet qed magħhom, inkjesta għadha għaddejja, dehret ċata fis-CCTV’s .

Wara saret talba għall-pleġġ minn naħa tal-Avukat Franco Debono li flimkien mal-Avukat Farncesca Zarb deheret għall-akkużati. Din it-talba kienet opponuta bil-qawwa kollha mill-prosekuzzjoni minħabba l-biża ta;’ intraċċ tal-provi u li hemm persuna li għada qed tiġi mfittxija mill-Pulizija. L-Avukat Debono qal li jekk dan jinqabad u jitressaq il-Qorti ma jistax jixhed fil-konfront tal-akkużati jekk irid, u jista’ jagħmel hekk legalment.

Il-Qorti laqgġt it-talba mingħajr depożitu iżda fuq garanzija personali ta’ 5,000 ewro, li jiffirmaw darbtejn filħimgġa fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokalita tagħhom u li jkunu id-dar sal-10pm u ma joħoruġx qabel is-6am. Il-każ ikompli fl-10 ta’ Ġunju fin-12.30pm.