San Ġiljan Saints ġew inkurunati bħala champions tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA filwaqt li għalqu l-istaġun eċċezzjonali tagħhom b’rebħa ta’ 4-1 kontra Qormi Hotspurs. Għall-Ġiljaniżi spikka l-aqwa skorer tal-kampjonat Robert Veskimae li skorja doppjetta.
Fi tmiem il-konfront, is-segretarju ġenerali tal-MAFA David Abdilla ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ San Ġiljan Jamie Bowlby Whiting.
Senglea Gunners temmew l-istaġun fit-tieni post tal-klassifika minkejja li ġew dro ta’ 3-3 kontra Żurrieq Sunrise filwaqt li Tal-Qroqq Versity Kamelasa salvaw posthom fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni hekk kif għelbu lil Valletta St Pauls 3-1.
Valletta Stars ġew relegati għall-kampjonat tat-tieni diviżjoni tal-MAFA wara li setgħu jiġu biss fi dro ta’ 2-2 kontra Marsa St Michael.
Sadanittant Swieqi United ġew inkurunati bħala ċ-champions tat-tielet diviżjoni wara rebħa kbira ta’ 4-0 kontra Birkirkara St Joseph.
//= $special ?>