Mark Anthony Sammut, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthny Sammut qal fil-parlament li Gvern Laburista mhux isolvi inġustizzja doppja li ħoloq hu stess bil-Home Owenership Scheme.
Gvern Nazzjonalista nefaq €9 miljuni f’ ħames snin biex nibdew insewwu inġustizzji li kien għamel il Labour.
Gvern Laburist nefaq inqas minn €3 miljuni f’ 10 snin u għas-sena d-dieħla hemm budget ta €200,000!
Kieku flok il-Gvern nefaq €10 miljuni fl-iskandlu tal-windfarms fil-Montenegro, ddedikahom għal din il-problema kienu kien isolvi l-każi tal-plots kollha li baqa’.
Meta kien qed jitkellem fil-parlament Mark Santhony Sammut qal li l-estimi tal-Awtoritá tal-Artijiet huma importanti għaliex din tamministra l-iktar riżorsa prezzjuża u skarsa ta’ pajjiż bħal tagħna; l-art.
Jeħtieġ tissaħħaħ it-trasparenza u l-mod kif tiġi amministrata għaliex hemm ħafna ilmenti fuq artijiet li filli jkunu pubbliċi, filli jgħaddu għand terzi mingħajr ħadd ma jkun jaf li nħareġet offerta; u meta tintalab informazzjoni tinġieb l-iskuża tal-Data Protection.
Dan jista’ jkun settur, fejn l-idea tal-blockchain island tista’ tiġi implimentata. Il-blockchain hija teknoloġija li tippermetti li dawn it-tip ta’ kuntratti, jkun hemm rekord tagħhom, li ma jistax jitbagħbas u kulmin imiss miegħu jkun jista’ jinżamm kontabbli. Hemm niġġieldu l-abbuż u tkun xi ħaġa trasparenti u pubblika, f’kuntratti, leases, li għandhom x’jaqsmu ma’ art pubblika.
Mark Anthony Sammit qal li f’Ġunju 2019, il-Gvern kien wiegħed riforma tal-kera li se tibbaża ruħha fuq sistema ta’ teknoloġija ta’ blockchain iżda din qatt ma saret. Hemm ukoll il-bżonn ta’ proġett komprensiv biex permezz tiegħu ssir id-diġitaliżazzjoni tal-artijiet u l-proprjetà kollha tal- gvern bil-għan li tingħata valur u tiġi dokumentata, kif ippropona l-PN.
Din tiffaċilita anke l-ħajja ta ħafna nies u tgħaġġel ħafna proċessi. Spiss isiru lmenti mingħand in-nies dwar iż-żmien esaġerat li proċessi bażiċi li jolqtu lil ħafna nies, bħall-fidi ta’ ċnus u rikonoxximenti jieħu.
Dwar il-Home Ownership Schemes hu qal li l-Gvern Laburista ta bejn l-1981 u l-1983 kien jidħol fl-artijiet privati, jagħmel esproprju illegali mingħajr ma jħallas kumpens lis-sidien oriġinali, u mbagħad jgħaddi l-art fi plots lil ħaddieħor. Illum hemm problemi li dawn il-persuni ma jistgħux ibiegħu l-art.
Din bdiet tissolva mill-Gvern Nazzjonalista ta’ bejn l-2008 u l-2013, li nefaq €9 miljun biex ħallas il-kumpens għal 600 plot fil-Gudja, Birkirkara, ir-Rabat (Għar Barka), Ħal Luqa, San Ġwann, iż-Żurrieq, in-Naxxar, Santa Luċija, Paola (Għajn Dwieli), in-Nadur, Burmarrad, is-Siġġiewi and l-Imqabba. Hemm 700 li baqa’, sostna d-deputat Nazzjonalista.
Bejn l-2013 u l-2021 Gvern Laburista investa biss mhux aktar minn €3 miljuni. Hu tratta x’wiegħed il-PL li ken qal: ‘Bl-istess mod qed nagħtu l-kelma tagħna li ser nindirizzaw is-sitwazzjoni ta’ dawk il-persuni li jgħixu fi plots taħt il-Home Ownership Scheme u li sal-lum għadhom ma sarux sidien sħaħ ta’ darhom. Gvern Laburista se jidħol fi ftehim ma’ dawn ir-residenti dwar kif il-ħlasijiet pendenti għall-esproprijazzjoni ta’ dawn l-artijiet jinqatgħu gradwalment u jalloka baġit annwali b’saħħtu biex itihom serħan il-moħħ’.
Id-deputat Nazzjonalista qal- li fl-estimi għas-sena d-dieħla hemm ivvotati €200,000 biss. Tistgħu tgħiduli x’se tikkumpensaw b’€200,000 mill-mijiet li baqa? 4 jew 5 plots?
€200,000 ftit aktar minn kemm qed tagħtu lil Carmen Ciantar, il-campaign manager tal-Ministru Fearne. Ftit aktar minn kemm qed tagħtu lil Kurt Farrugia waqt li l-Prim Ministru Robert Abela f’seba’ xhur kien qed jehodhom dawn l-ammonti.
Hu staqsa kemm dan il-budget kien b’saħħtu? Din il-ġustizzja li tridu tagħmlu, din ir-ruħ soċjali, biex issewwu inġustizzja doppja li kien għamel il-PL stess kemm mas-sidien oriġinali tal-art u kemm mas-sidien tal-proprjetà illum li ma jistgħux ibiegħuha għax għadhom fuq konvenju.
Minn dal-miljuni tat-tkabbir li tant il-Gvern jiftaħar bihom ma kienx kapaċi jsib €2 miljuni fis-sena biex f’din il-leġislatura dawn l-inġustizzji.
Mhux kapaci jsib €2 miljuni fis-sena, fuq ħames snin, bħalma sab il-PN fil-passat – biex f’din il-legislatura jingħalqu?
//= $special ?>

