Ilbieraħ, għall-ħabta tal-5:30pm, il-Pulizija ġew infurmati li fi Pjazza Indipendenza, ir-Rabat, Għawdex kien hemm mara feruta u kella bżonn l-assistenza medika.
Fil-post marru mal-ewwel il-Pulizija tad-Distrett, fejn irriżulta li l-mara sofriet xi ġrieħi wara li allegatament intlaqtet minn vettura li baqgħet sejra.
Issejħet ambulanza, fejn hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħdet l-isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin sabiex tinstab il-vettura li allegatament laqtet lill-mara.
//= $special ?>