Huwa 15-il miljun il-kumpens illi rebaħ l-attur Johnny Depp għall-malafama li ħolqot dwaru l-eks mara tiegħu Amber Heard, meta permezz ta’ artiklu kienet allegat li ġiet vjolentata.
Is-sentenza ingħatat tard ilbieraħ bil-lejl minn Qorti fl-Istati Uniti.
Wara jumejn ta’ deliberazzjoni, il-ġurati waslu għall-konklużjoni li Heard imxiet b’mod malizjuż u qarrieq. Għalkemm minn naħa l-oħra, ikkundannaw l-aġir tal-avukat ta’ Depp meta sentejn ilu – f’gazzetta Ingliża – kien ħareġ jattakka lill-attriċi Amerikana.
Kien għalhekk illi Amber Heard rebħet waħda mit-tliet kawżi li fetħet kontra Depp, u se tieħu kumpens ta’ $2 miljuni għad-danni li sofriet.
Dan il-ġuri li dam għaddej kważi seba’ ġimgħat qanqal interess enormi madwar id-dinja kollha, speċjalment fost l-istilel ta’ Hollywood. L-aktar minħabba l-verżjonijiet kuntrastanti li bdew jingħataw miż-żewġ partijiet.
Intant, wara din is-sentenza, Johnny Depp stqarr li sa fl-aħħar issa jħossu fil-paċi, filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li appoġjawh.
//= $special ?>