MISSIO Malta, li tifforma parti minn organizzazzjoni Kattolika li tinsab f’aktar minn 160 pajjiż, ser tkun qed torganizza maratona ġbir ta’ fondi bil-għan li tgħin lill-foqra permezz ta’ finanzjament ta’ proġetti differenti. Din se seħħ is-Sibt 4 ta’ Ġunju, fil-maratona bit-tema HOPE – MISSIO FEST, li dwarha tkellimna ma’ Nancy Camilleri, il-Koordinatriċi ta’ MISSIO TFAL.

Tkellimna ma’ Nancy Camilleri waqt waħda mill-inizjattivi li saru f’ħafna skejjel fejn stajna naraw lit-tfal tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa jiġbru l-flus u jipparteċipaw b’risq dan l-għan nobbli. B’donazzjoni żgħira, it-tfal setgħu ipenġu ‘Jigsaw-Puzzle’ li fiha nnifisha għandha konnotazzjoni ta’ għaqda u messaġġ li flimkien nistgħu nagħmlu xi ħaġa kbira. Tkellimna wkoll ma’ Ms. Lina li spjegatilna l-rwol tat-tfal tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa.
Din l-inizjattiva żgur li ma setgħetx tkun suċċess mingħajr l-involviment tat-tfal innifishom, li tkellmu magħna u spjegaw aħjar l-inizjattiva tal-Jigsaw-Puzzle b’risq MISSIO.
HOPE – MISSIO FEST – il-maratona ġbir ta’ fondi, li se ssir is-Sibt 4 ta’ Ġunju, mill-11am sal-11pm fuq l-istazzjonijiet kollha, inkluż fuq Net Television.








