Sport Sport Ieħor

Iga Swiatek fil-finali tal-French Open

(Ritratt: EPA)

In-numru wieħed tad-dinja Iga Swiatek qatgħet biljett għall-finali tal-French Open hekk kif fir-Roland Garros għelbet lil Daria Kaskatina 6-2, 6-1. Din kienet l-34 rebħa nfila għal Swiatek biex issa laħqet lil Serena Williams bħala t-tieni l-aktar b’logħbiet bla telfa.

Fil-finali Swiatek issa tisfida lil Coco Gauff li ta’ 18-il sena se tkun qed tikkompeti fl-ewwel finali ta’ Grand Slam tagħha wara li eliminat lil Martina Trevisan 6-3 6-1. Gauff saret l-iżgħar finalista f’kompetizzjoni maġġuri mill-2004 ‘l hawn meta f’dik is-sena f’Wimbledon Maria Sharapova ta’ 17-il sena għelbet lil Serena Williams u rebħet l-ewwel Grand Slam tagħha.

Gauff wara li għelbet lil Trevisan fis-semi-finali (Ritratt: EPA)