Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali tħabbar li b’effett min-nhar it-Tnejn li ġej, il-Brigadier Jeffrey Curmi se jibda jokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta.
Il-Brigadier Curmi għamel karriera twila fil-militar. Huwa kien ilu jservi lill-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) mill-1994. Curmi nħatar Kap Kmandant tal-FAM f’Diċembru tal-2013 u serva sa Ġunju 2022.
Mill-2013 huwa kien membru tal-European Union Military Committee bħala Kap tad-Difiża ta’ Malta.
//= $special ?>