L-Ukrajna, mill-ġdid, qalet li mhix qed tippjana biex tuża s-sistemi tal-missili avvanzati li għandha tikseb mingħand l-Istati Uniti biex tattakka l-ibliet u l-villaġġi fl-artijiet tar-Russja, man-naħa l-oħra tal-fruntiera.
Dawn l-armamenti għandhom jgħinu biex l-Ukreni jiddefendu ruħhom aħjar kontra l-attakki mill-qawwiet tal-ajru tar-Russi, bl-uffiċjali fi Kiev jinsistu li l-Ukrajna qed tiġġieled ‘gwerra li ma reditx hi’ biex tiddefendi u tħares l-interessi u s-sovranità tal-poplu.
L-Istati Uniti, intant, ikkonfermat li qed tibgħat talanqas erba’ ‘missile systems’ avvanzati – tat-tip HIMARS (High Mobility Artillery Rocket System) — lejn l-Ukrajna u li għandhom iżidu sew il-potenzjal militari tal-Ukreni fiċ-ċirkustanzi preżenti.
Dan għaliex il-qawwiet tal-Ukrajna, f’dan il-każ, ikunu jistgħu jużaw il-munizzjon b’mod ħafna aktar preċiż u fejn fost oħrajn ikunu jistgħu jolqtu miri sa massimu ta’ 72 kilometru ‘il bogħod.
//= $special ?>