F’diskors li għamel fl-aħħar sigħat, il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, faħħar ħafna r-reżistenza tal-poplu tiegħu kontra l-aggressuri ta’ Putin filwaqt li insista li ‘ir-rebħa, fl-aħħarnett, se tkun tagħhom (l-Ukreni)’.
Madankollu, Amin Awad, il-koordinatur tan-Nazzjonijiet Uniti għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi fl-Ukrajna, qal li ‘din hi gwerra li mhi se tħalli l-ebda rebbieħa’ – u meta diversi osservaturi barranin qegħdin jaqblu bis-sħiħ ma’ din l-osservazzjoni.
Fil-preżent, il-qawwiet tar-Russja qegħdin jikkontrollaw madwar 20 fil-mija tat-territorju tal-Ukrajna u s-Segretarju-Ġenerali tan-NATO, Jens Stoltenberg, qed iwissi lill-Ukreni – u daqstant ieħor lill-pajjiżi tal-Punent, membri tal-Alleanza – biex jippreparaw ruħhom għal aktar xhur ta’ battalji fit-territorji Ukreni.
//= $special ?>