Numru ta’ stejjer li żviluppaw f’dawn l-aħħar ġimgħat wasslu biex reġgħu tefgħu dell ikrah fuq il-Korp tal-Pulziija … u l-mod kif qed jagħlaq għajnejh sabiex ikunu aġevolati ċerti persuni.
Il-Ġimgħa, l-Editorjal ta’ The Malta Independent qal li l-Korp kien wieħed mill-entitajiet illi l-iktar li ssemmew f’dawn l-aħħar snin.
Taħt it-tmexxija preċedenti tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kummissarju tal-Puliija kien jinbidel kważi kull sena… b’ħafna kienu jgħidu li l-Korp kien jinsab taħt pressjoni sabiex ma jinvestigax allegazzjonijiet ta’ kriminalità marbuta ma’ membri tal-Gvern stess.
Meta Robert Abela sar Prim Ministru ta’ pajjiżna, huwa appunta lil Angelo Gafa bħala Kummissarju tal-Pulizija u hawn ħafna ħasbu li l-affarijiet kienu se jitranġaw. U fl-ewwel xhur ta’ Gafa fit-tmexxija tal-Korp, l-affarjiet dehru li sejrin tajjeb … tant li kienu qed isiru numru ta’ investigazzjonijiet.
Iżda f’dawn l-aħħar ġimgħatejn…jgħid l-editorjal… ġraw affarijiet li regġħu ħaduna fil-passat u fakkruna f’dak li kien jiġri qabel.
L-ewwel każ huwa dak ta Bryan Schembri, is-sid ta’ Moore Supermarkets. Fejn f’dan il-każ il-Pulizija kienet ilha tkaxkar saqajha sa mill-2014 …għaliex kienet taf li Schembri ħarab minn pajjiżna u mar joqgħod ir-Rneju Unit. Dan kollu qajjem diversi mistoqsijiet dwar ir-raġuni għaliex il-Pulizja ma aġixxitx qabel u għaliex kien hemm dan id-dewmien kollu sabiex Schembri jiġi investigat.
It-tieni każ, dak ta’ Iosef Galea, huwa iktar gravi mill-ewwel wieħed.
Galea kien jaħdem mal-Awtorità Maltija tal-Gaming, fejn dal-aħħar kien arrestat l-Italja wara li kellu mandat ta’ arrest mill-Ġermanja, b’rabta ma’ evażjoni ta’ taxxa. Il-mandat ta’ arrest kien ilu fis-seħħ aktar minn sena, u minkejja dan, Galea ingħata permess li jsiefer minn u lejn Malta kemm-il darba.
Dan il-każ iqajjem numru ta’ mistoqsijiet dwar kif il-Pulzija ħalliet lil dan ir-raġel jivvjaġġa minkejja li kellu mandat ta’ arrest – mistoqsijiet li jitfgħu dell ikrah fuq it-tmexxija tal-Korp.
//= $special ?>